Żur il-mużewijiet u s-siti storiċi tal-Belt b’xejn fin-Notte Bianca – One News

Notifiki

Żur il-mużewijiet u s-siti storiċi tal-Belt b’xejn fin-Notte Bianca

Se jkollok iċ-ċans iżżur il-mużewijiet, siti, u esibizzjonijiet ta’ Heritage Malta fil-Belt Valletta mingħajr ħlas fl-okkażjoni tan-Notte Bianca!

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Palazz tal-Granmastru, iċ-Ċentru tal-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet, u Forti Sant Iermu – Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, se jinfetħu bejn is-6:00pm u nofs il-lejl (l-aħħar dħul fil-11:30pm). Il-viżitaturi ta’ Forti Sant’Iermu jistgħu jattendu għal dawn il-wirjiet ta’ re-enactment: Legio X Fretensis mis- 7:00 sas-7:30pm, Shows of Arms mit-7:45 sat-8:15pm; u l-In Guardia Parade mit-8:30 sad-9:00pm.

Se jkun hemm ukoll dħul bla ħlas għal dawn l-esebizzjonijiet temporanji:

– ‘Valletta and the Dominicans: a common journey‘  tinsab fil-Kunvent tad-Dumnikani;

– ‘Cultures in Dialogue’ tinsab fil-Kmamar Statali tal-Palazz;

– ‘Etruscan Urns in the National Collection’ tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija;

 – ‘Valletta – Belt Kapitali tal-Ewropa’ tinsab fil-Berġa ta’ Kastilja.

L-esebizzjoni ‘Valletta – Belt Kapitali tal-Ewropa’ qed tiġi organizzata minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din il-wirja speċjalizzata se tkun qed tesebixxi għażla ta’ mapep storiċi tal-Belt Valletta li tifforma parti mill-kollezzjoni kartografika ta’ MUŻA, fosthom żewġ mapep tal-Assedju ta’ Camocio li għadhom kif ġew inklużi fir-Reġistru Dinji tal-Memorja tal-UNESCO. Aktar kmieni dis-sena, din l-esebizzjoni ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna meta ġiet esebita fis-sit prestiġġjuż tas-Sala Dei Gigli li tinsab ġewwa Palazzo Vecchio f’Firenze.

Il-mapep esebiti jippreżentaw l-Istorja tal-Belt Valletta, mill-Assedju l-Kbir tal-1565 għall-iżvilupp tagħha f’fortizza militari sal-aħħar tas-seklu 18. Is-selezzjoni ta’ mapep hi esebita fi tliet sezzjonijiet; kull waħda tesplora l-Belt minn angolu jew narrattiva speċifika. Dawn jinkludu l-impriżi militari tal-Ordni ta’ San Ġwann, partikolarment tal-Assedju l-Kbir tal-1565, l-iżvilupp urban u militari tal-Belt, u d-dimensjoni Ewro-Mediterranja tal-Belt Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend