Reġgħet! – One News

Notifiki

Reġgħet!

Issa drajniha. Meghan Markle mhix Dukessa tas-soltu, hija ferm iktar ‘moderna’ u tinżel ħafna iktar għall-livell tas-segwaċi tagħha. Dejjem eleganti, iżżomm ruħha…iżda jekk kellha aptit tgħannqek, ma tħabbilx moħħha wisq dwar protokol irjali!

Waqt żjara f’Sussex, akkumpanjata minn żewġha l-Prinċep Harry, Markle sabet ħin biex tinżel ħdejn il-pubbliku li kien qed jistenniha wara l-barrikati, bit-tama li jiltaqa’ mal-koppja.

Waħda mill-iktar mumenti ħelwin ta’ din iż-żjara kien meta mara partikolari għanqet lid-Dukessa minn wara l-barrikati. Bi tbissima, Markle irritornat dan il-ġest. Ma kellha ebda problema tixxabbat mal-barrikata biex taqta’ x-xewqa ta’ din l-ammiratriċi!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend