L-Ingliżi Demokratiċi? | One News

Notifiki

L-Ingliżi Demokratiċi?

Fuq it-Times Online hemm xi erba’  jippontifikaw li l-Gvern huwa dittatur għax neħħa n-niċċa ta’ Daphne Caruana Galizia minn fuq il-monument li għal aktar minn seklu ma kienx tagħha.  U kien hemm xi professur jew tnejn,  li jippretenduha li huma awtorità fuq id-demokrazija.

Mela fl-Ingilterra, grupp tal-Green Peace iddeċieda li jagħmel dimostrazzjoni fuq monumenti  minħabba t-tniġġis tal-arja.  Għamlu maskri fuq l-uċuh ta’ statwi f’Londra,  u tnejn minnhom ixxabbtu u telgħu sa fuq il-kolonna ta’ Nelson fi Trafalgar Square,  u għamlulu maskra wkoll.

Fil-fatt ma’ Londra kollha arrestaw 8 persuni,  u dan ġabu l-aħbar il-BBC.  Jekk hawn min ma riedx jemmen,  imur ifittex fuq l-internet il-BBC tat-18 ta’ April, 2016.   Emmnuni,  jien ħsibt li l-pulizija arrestaw dak il-ħin,  u mbagħad ħallew kollox imur mar-riħ.

Nerġa’ ngħid dawn kienu qed jagħmlu dimostrazzjoni paċifika kontra t-tniġġis tal-arja u kontra min hu responsabbli.  Naħseb li kulħadd jaqbel li ċ-ċittadini għandhom id-dritt tal-espressjoni u għandhom dritt li jgħidu kif jaħsbuha fuq suġġett bħal dan.  Ma kienu qed joffendu u jagħmlu ħsara lil ħadd,  anzi kienu qed jippruvaw jagħmlu ftit ġid bl-arja aktar nadifa..

Imma ma kienx kif ħsibt jien li l-pulizija arrestaw lil dawk it-8, imbagħad telquhom u nsew kollox.

Fis-16 ta’ Novembru, 2016,  tressqu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster,  u weħlu.  Anzi jirringrazzjaw lill-Maġistrat li ffrankaw il-ħabs.

Biex ngib preċiż mill-BBC: “At Westminster Magistrates’ Court they were each given a six-month conditional discharge and ordered to pay costs of £85, and a victim surcharge of £30. Compensation of £6,262 each would be paid for by Greenpeace, the court heard.

The defendants also caused damage to the 165ft (50m) granite and bronze Grade I-listed statue’s vertical lightning conductor and its fixings by running their climbing equipment through it.

And they flattened spikes intended to deter pigeons from settling on the statue.

Sentencing the pair, chairman of the bench Mike Snow said: “The defendants are both skilled climbers who, I accept, did not intend to cause damage.

Dan ifisser li l-monumenti m’għandhomx jintmessu.  U dan f’pajjiz li naħseb jitqies demokratiku.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend