L-immigranti tal-Aquarius fi triqithom lejn Spanja-Ħadd minnhom mhu se jibqa' Malta | One News

Notifiki

L-immigranti tal-Aquarius fi triqithom lejn Spanja-Ħadd minnhom mhu se jibqa’ Malta

L-immigranti tal-MV Aquarius li ddaħlu Malta fil-ġimgħat li għaddew, jinsabu fuq vjaġġ fi triqithom lejn Spanja.

Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lill-Prim Ministru ta’ Spanja Pedro Sanchez li qed ikun parti mis-soluzzjoni għal din il-problema fil-Mediterran.

Dan ġie kkonfermat iktar kmieni hekk kif fuq Twitter il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ħabbar li dawn l-immigranti ser ikunu fi triqithom lejn Spanja b’ħadd minnhom ma jibqa’ Malta.

Kienu l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta li flimkien b’responsabbiltà ħadu l-miżuri neċessarji sabiex isibu tarf ta’ din il-problema fil-Mediterran.

Fil-fatt il-Ħadd li għadda, il-Forzi Armati ta’ Malta għenu sabiex jiddaħħlu f’pajjiżna 58 immigrant tal-MV Aquarius minn fuq vapur ta’ għaqdiet mhux governattivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend