Il-“vittma” issofri dipressjoni minħabba allegat stupru minn Cristiano Ronaldo – One News

Il-“vittma” issofri dipressjoni minħabba allegat stupru minn Cristiano Ronaldo

L-avukat ta’ Kathryn Mayorga, it-tfajla li qed takkuża lill-istilla tal-futbol Cristiano Ronaldo bi stupru, qal li din qed issofri min post-traumatic stress disorder u dipressjoni l-allega minħabba l-allegat stupru li seħħ 9 snin ilu.

Il-Pulizija f’Las Vegas reġgħet fetħet dan il-każ fl-aħħar jiem. Ronaldo ħareġ jiddefendi lilu nnifsu u qal li dawn l-allegazzjonijiet huma foloz. Żied jgħid li l-istupru huwa ‘diżgustanti’ u jmur kontra dak kollu li hu jemmen fih.

L-allegat vittma ddeċidiet li ma taffaċċjax lill-midja minħabba l-qagħda emozzjonali tagħha.

“Trid il-ġustizzja” saħaq l-avukat tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *