Jitkeċċa mix-xogħol wara li tefa’ l-ilma fuq raġel bla saqaf fuq rasu – One News

Notifiki

Jitkeċċa mix-xogħol wara li tefa’ l-ilma fuq raġel bla saqaf fuq rasu

Impjegat ta’ stabbiliment tal-ikel f’New York tkeċċa mix-xogħol wara li kien ippubblikat filmat fuq il-midja soċjali li jurih jitfa’ ammont ta’ ilma fuq raġel bla saqaf fuq rasu li kien qiegħed fl-istabbiliment. Fil-filmat, ir-raġel u l-kollegi tiegħu jinstemgġu jgħaddu biż-żmien lill-vittma. 

Viżibilment ixxokkjat, il-vittma qam jiġri u jipprova ma jagħtis kas il-kliem iniggeż tal-aggressuri. F’ħin minnhom, l-impjegat jinstema jgħid li qal lill-vittma kemm-il darba biex ma jidħolx jistrieħ fl-istabbiliment.

F’kummenti mal-midja, il-vittma qal li jorqod barra ħafna mill-iljieli, u jieqaf biss f’dak l-istabbiliment meta jkun wisq bard jew biex jiċċarġja l-mobile tiegħu.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend