“Malta u l-Maltin taw il-ħajja lil dan l-Istat”- politiku Amerikan li ħadem biex Malta tkun iċċelebrata fl-Istati Uniti – One News

Notifiki

“Malta u l-Maltin taw il-ħajja lil dan l-Istat”- politiku Amerikan li ħadem biex Malta tkun iċċelebrata fl-Istati Uniti

Fl-Istat Amerikan ta’ Michigan għadha kif għaddiet mozzjoni biex din il-ġimgħa tibqa’ ddedikata għall-Wirt Malti fl-Amerika.

Il-mozzjoni tressqet mir-rappreżentat Demokratiku fl-istat ta’ Michigan, Darrin Camilleri. Camilleri huwa l-ewwel Malti-Amerikan rappreżentat tal-Istat fl-Istorja ta’ Michigan. Dan kollu fil-preżenza ta’ diversi Maltin-Amerikani fil-Capitol ta’ Michigan.

“F’Michigan hawn l-ikbar grupp ta’ Maltin-Amerikani mill-Istati Uniti kollha. Huwa l-post fejn diversi żgħażagħ bħali u bħal huti, trabbew jesploraw il-ħajja minn lenti kulturali differenti”, saħaq Camilleri.

Żied jgħid ukoll li minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta dejjem ħalliet impatt fuq dan l-Istat Amerikan, u l-bqija tal-Istati Uniti.

“Malta u Michigan it-tnejn iħaddnu valuri bħall-lealtà, il-perseveranza, u r-rispett. Il-Ġimgħa ddedikata għall-Wirt Malti fl-Amerka hija sempliċiment mezz ta’ għarfien ta’ kemm iċ-ċittadini Maltin taw ħajja lil dan l-Istat u lil dan il-pajjiż”, temm jgħid Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend