Jidħlu fis-seħħ l-emendi fil-liġi tal-IVF | One News

Notifiki

Jidħlu fis-seħħ l-emendi fil-liġi tal-IVF

Fl-1 t’Ottubru daħlu fis-seħħ l-emendi fil-liġi tal-IVF. Dan wara li f’Ġunju li għadda, il-Parlament approva numru ta’ emendi fil-qasam tar-riproduzzjoni li se jagħtu opportunità ikbar lill-koppji b’diffikultajiet fit-tnissil tat-tfal.

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne spjega li fis-sajf saru l-preparamenti kollha biex dan il-proċess seta’ jidħol fis-seħħ.

“Dan ifisser li ħa jkun hemm il-possibilità li team multidixxiplinarju jieħu deċiżjoni jekk jiġux fertilizzati aktar minn żewġ bajdiet, sa ħamsa, allura ħa jkun hemm aktar possibilta li n-nisa jinqabdu tqal u ħa jkun hemm il-possibdiltà jekk ikunx hemm bżonn tal-embryo freezing.”

Il-Ministrru spjega kif dawn l-emendi neħħew id-diskriminazzjoni kontra l-orjentazzjoni sesswali li kellha l-liġi l-antika.

“Ħa jkun hemm it-tneħħija ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali. il-liġi l-antika kienet tagħmel din id-diskriminazzjoni issa u din spiċċat u wkoll ħa jidħol fis-seħħ il-proċess ta’ sperm u oval donation u dan ifisser li ħa jkollna aktar ġenituri u ħa jkollna aktar ħajjiet ġodda.”

Minn kemm ilu jsir l-IVF b’xejn fl-Isptar Mater Dei, mas- 600 mara għamlu ċ-ċiklu tal-IVF, iżda minnhom 470 mara ma rnexxielhomx joħorġu tqal kif kienet il-liġi s’issa.

B’reazzjoni għad-dħul fis-seħħ tal-emendi fil-liġi, Gabi Calleja , attivista fil-qasam tad-drittjiet tal-persuni LGBTIQ qalet li permezz tal-emendi, it-trattament tal-IVF ser ikun aċċessibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend