Il-Mistoqsijiet parlamentari ta’ Karol Aquilina ma kellhom x’jaqsmu xejn max-xogħol tal-kamra – One News

Il-Mistoqsijiet parlamentari ta’ Karol Aquilina ma kellhom x’jaqsmu xejn max-xogħol tal-kamra

F’ruling fil-Parlament illum, il-President tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ta’ ruling dwar it-talba tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li fiha spjega li mistoqsijiet parlamentari ta’ Aquilina ma kinux aċċettabbli skont il-proċeduri Parlamentari.

F’dan ir-ruling spjega kif Karol Aquilina talab li l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant.

U talab lill-Prim Ministru l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-persuni b’aċċess għall-proċess verbal tal-inkjesta.

F’risposta studjata fejn ikkwota saħansitra regoli li l-Parlament ta’ pajjiżna wiret mill-House of Commons, l-Ispeaker spjega kif il-mistoqsijiet parlamentari ta’ Aquilina ma kellhom x’jaqsmu xejn max-xogħol tal-Kamra li tiegħu hu responsabbli l-Prim Ministru.

Fl-istess waqt innota kif l-istess mistoqsijiet Parlamentari Aquilina poġġiehom lill-Ministru Owen Bonnici, u ġew aċċettati. Xi ħaġa li konvenjentement, Aquilina għażel li ma jsemmix.

L-Ispeaker innota wkoll li barra minn hekk, skont il-proċedura, Karol Aquilina kellu jqajjem dan il-punt privatament mal-Ispeaker.

Is-sedja hija tal-fehma li l-materja li magħhom tittratta l-mistoqsija ma kinitx tikkwalifika bħala xogħol pubbliku jew xogħol tal-kamra li l-PM hu responsabbli għalih, u dan għaliex is-sedja ħasset li l-involviment tal-PM fil-materja kien wieħed personali u bi dritt bħala ċittadin privat li għandu interess dirett.

Dan l-argument hu msaħħaħ ukoll mill-fatt li ż-żewġ mistoqsijiet oħra fuq l-istess materja b’mod preċiż tal-inkjesta maġisterjali li l-Onorevoli Aquilina ssottometta kontemporanjament lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lokali, ġew fil-fatt aċċettati mis-sedja. Xi ħaġa li l-Onorevoli Karol Aquilina għażel li ma jsemmix fis-seduta tal-bieraħ. Ir-ruling huwa deċiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *