Aġġornat bil-filmat: iktar minn 1,200 mejta fl-Indoneżja – One News

Notifiki

Aġġornat bil-filmat: iktar minn 1,200 mejta fl-Indoneżja

In-numru ta’ vittmi maqtula fl-Indoneżja mit-terremot u t-tsunami tal-Ġimgħa, qabeż l-1,200 persuna.
Dan ġie kkonfermat hekk kif il-poplu f’Palu, l-Indonesia, jinsab ddisprat għall-għajnuna wara din it-traġedja li ntlaqtu minna.

L-ilma, l-ikel u l-fjuwil huma skarsi u bil-ħsarat fit-toroq, qed issir aktar diffiċli biex jintlaħqu ż-żoni remote.
Minn tal-inqas, tmien mija erbgħa u erbgħin persuna huma kkonfermati mejta wara d-diżastru tal-Ġimgħa.
Uffiċjali qalu li l-figura finali tista’ tlaħħaq l-eluf.
Fost dawk maqtula hem erbgħa u tletin student Indonesjan li l-iġsma tagħhom instabu mirduma taħt knisja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend