“Għaddejt xahrejn infern”- persuni li esperjenzaw riperkussjonijiet koroh wara li waqqfu l-mediċina kontra d-dipressjoni – One News

Notifiki

“Għaddejt xahrejn infern”- persuni li esperjenzaw riperkussjonijiet koroh wara li waqqfu l-mediċina kontra d-dipressjoni

Miljuni ta’ persuni jesperjenzaw riperkussjonijiet koroh meta jippruvaw inaqqsu jew iwaqqfu kompletament il-mediċina kontra d-dipressjoni.

Studju Dinji li sar fuq is-suġġett juru li r-riperkussjonijiet kapaċi jdumu ġimgħat u xhur, b’ħafna minnhom severi.

Dawn jistgħu jinkludu sintomi ta’ anzjetà u insomnja.

Persuni li tkellmu mal-midja spjegaw li l-vjaġġ kiene diffiċli daqs it-terapija biex jgħelbu l-marda:

“Għaddejt minn xahrejn infern wara li qtajt il-mediċina, ma kontx nobsor li se nkun milquta daqshekk ħażin”.

“It-triq biex nidra mingħajr il-mediċina ma kienet faċli xejn, il-burdata kienet tinbidel ta’ taħt fuq, kont inħossni għajjiena u anzjuża. Domt snin biex ġejt f’tiegħi”.

Il-mediċini ta’ kontra d-dipressjoni huma fost l-iktar komuni madwar id-dinja hekk kif qed jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali u iktar persuni qed ifittxu l-għajnuna. Fl-Ingilterra biss, mal-65 miljun preskrizzjoni ngħataw fl-2016. L-effetti ta’ dawn il-mediċini normalment jibdew wara ġimgħatejnminn mindu bdew jittieħdu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend