Festa Madonna tar-Rużarju – Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara | One News

Notifiki

Festa Madonna tar-Rużarju – Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara

Nhar il-Ġimgħa 5 t’Ottubru 2018, fil-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara, ser tkun iċċelebrata l-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.

Fis-6.30pm, mill-Knisja Parrokkjali toħroġ il-purċissjoni bil-vara tal-Madonna u tgħaddi minn diversi toroq tal-Parroċċa. Fi tmiem il-pellegrinaġġ, issir quddiesa fil-beraħ fi Triq Gori Mancini. Din ser tkun ikkonċelebrata mill-Kappillan u s-saċerdoti tal-Parroċċa. Wara l-quddiesa jsir id-dħul tal-vara lura fil-Knisja Parrokkjali.

F’każ ta’ maltemp, il-quddiesa ssir xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali. Dettalji fil-poster anness.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend