Ikomplu t-theżżiżiet fl-Indoneżja – One News

Notifiki

Ikomplu t-theżżiżiet fl-Indoneżja

Iżjed theżżiżiet komplew jolqtu l-gżira Indonesjana Sulawesi, fejn terremot qawwi u tsunami ħallew iktar minn erba’ mitt persuna mejta, u ħames mija oħra midruba.

Fl-istess waqt għexieren ta’ persuni oħra għadhom irrapurtati neqsin, b’uħud maħsuba li jinsabu mirduma fil-bini mwaqqa tal-belt Palu.

Bosta midruba qed jingħataw il-kura f’tined armati fuq barra minħabba ħsarat imġarrba fl-isptarijiet, u bosta minn dawk li rnexxielhom jaħarbu l-qilla tad-diżastru naturali li seħħ raqdu barra minn djarhom, wara avviż mill-awtoritajiet biex ma jerġgħux lura lejn djarhom, hekk kif għadd ta’ binjiet ġarrbu ħsarat sostanzjali, u oħrajn iġġarrfu għalkollox.

It-terremoti huma komuni fl-Indonesja, li tinsab fl-hekk imsejjaħ ‘Ring of Fire’, u lura fl-elfejn u erbgħa, tsunami kkawżat minn terremot kien qatel mal-mitejn u sitta u għoxrin elf persuna fl-Oċean Indjan, inkluż iktar minn mija u għoxrin elf fl-Indonesja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend