Id-doppju ta’ liġijiet fil-Parlament din is-sena – One News

Id-doppju ta’ liġijiet fil-Parlament din is-sena

Lejlet il-ftuħ tal-Parlament wara l-btajjel tas-sajf, l-Ispeaker Anglu Farrugia qal fl-ewwel sena ta’ din il-leġislatura għaddew ħamsa u erbgħin liġi, aktar mid-doppja tal-liġijiet li għaddew fis-snin imgħoddija.

F’intervista ma’ One NEWS, Dr Farrugia qal li s-sena ta’ wara l-elezzjoni kienet waħda rekord.

Il-ħidma kienet ta’ sena għax wara l-elezzjoni tal-2017, kellna siegħa kontinwa ta’ ħidma. Biżżejjed ngħidlek li kienet waħda mill-aktar snin ta’ ħidma parlamentari li niftakar jien fl-istorja parlamentari. jien ilni hanwhekk 24 sena, qatt ma niftakar li għaddejna daqshekk liġijiet fil-pajjiż ġifieri għaddew 45 liġi f’sena waħda ġifieri l-average kien bejn 19 u 20.

Il-President tal-Kamra spjega kif fost il-pajjiżi Ewropej, il-Parlament Malti jiġi mal-ewwel tlieta fil-qasam tat-trasparenza.

Minħabba t-trasparenza. f’pajjiżna il-parlament huwa wieħed mill-atkar pajjiż illi huwa trasparenti fl-ewropa. Aħna pereżempju bħala parlament għamilna ħafna xogħol illi illum qegħdin fit-tielet wieħed skont il-Eurostat u l-publikazzjoni tal-Ewropa li għamel reasoned opinions. Dan kollu sar anka matul dis-sena. Dan ifisser li x-xogħol huwa qawwi fil-Parlament.

Mistoqsi dwar ix-xogħol pjanat għas-sena li ġejjn, Dr Farrugia semma diversi liġijiet li mistennija jkomplu jirriformaw lil pajjiżna waqt li jtejbu l-ħajja tan-nies.

Għandna aġenda twila, ovvjament biżżejjed ngħidlek li hemm diversi abbozzi li kollha qegħdin fit-tieni qari, eżempju l-abbozz tal-liġi li jemenda dwar in-negozji tal-familja, għandna wkoll liġi interessanti dwar l-awtorità tas-servizzi finanzjajri li dan l-aħħar kien hemm il-kummenti tal-Prim Ministru li din mhux biss ħa tisaħħaħ imma li din ħa tkun l-aħjar bħala mudell.

L-ispeaker żied jgħid li l-Parlament mistenni japprova l-ħatra tal-kummissarju tal-Istandards li ħa jkun qed jaħdem id f’id mal-ispeaker.

Il-kummissarju dwar il-public standards ħa jkollu l-poteri illi jimxi id f’id mal-ispeaker dwar complaints li jista’ jkollu u anka jista’ joħodha waħdu dwar l-imġiba tal-Parlamentari in partikolari anka dwar id-dikjarazzjoni tal-assi li jista’ jiċċekja l-vereċita, kemm dak li qed tgħid huwa veru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend