BIL-FILMAT: Delia negattiv għas-servizz tat-trasport b’xejn – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Delia negattiv għas-servizz tat-trasport b’xejn

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia nfexx jattakka s-servizz tat-trasport b’xejn għall-istudenti, li beda jiġi offrut minn din is-sena skolastika għall-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-knisja u tal-Privat.

Servizz li mhux biss neħħa aktar piżijiet minn fuq il-familji iżda anke għen biex jibda jitnaqqas it-traffiku mit-toroq Maltin.

Servizz li fi kliem l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qiegħed jipprova jaljena lin-nies bih u qal li l-gvern m’għandu aptit jagħmel xejn.

Jipprova jgħammixina. Lanqas aptit li se naghmlu hekk m’hemm.

B’attakki u kritika diretta lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, Adrian Delia qal li l-Prim Ministru m’għandux interess imexxi.

B’Adrian Delia injora ħidmet l-Prim Ministru u l-gvern imexxi minnu f’diversi oqsma fosthom proġetti infrastrutturali, investimenti f’diversi oqsma, ħolqien tas-setturi ġodda bħal Blockchain, għadd ta’ mizuri soċjali u ekonomija b’saħħitha.

M’għandux interess fit-tmexxija tal-Pajjiż.

Fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia reġa mar jitlob lill-partitarji nazzjonalisti sabiex jagħtu l-flus lil Partit li jinsab fi krizi finanzjarja.

U quddiem din is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qiegħed jippretendi li l-gvern jagħti l-flus lill-Partit Nazzjonalista.

Lilna l-Gvern ma jagħtiniex flus.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar l-inkjesta Egrant u dan wassal għar-reazzjoni tal-Partit Laburista li stqarr li minkejja l-insistenza proċedurali tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-koppja sħiħa tal-inkjesta Egrant, kif diġa’ kien talab li jsir il-Prim Ministru sa mill-ewwel ġurnata, il-ħafna diskors dwar il-kawża li fetaħ il-Qorti ma jneħħi xejn mill-fatt li din l-inkjesta dwar Egrant, tħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia, li issa għamel il-gidba dwar il-familja tal-Prim Ministru, tiegħu.

L-inkjesta Egrant ikkonfermat il-fabbrikazzjoni tal-ikbar gidba fl-istorja permezz ta’ dokumenti u firem foloz.

Il-Partit Laburista qal li huwa wkoll tassew ta’ għajb li llum Adrian Delia fisser il-flus li ser jingħataw lura l-ġenituri permezz tal-miżura tat-trasport b’xejn bħala “il-Gvern qed jgħammex l-għajn”.

Il-Partit Laburista qal li b’din it-tip ta’ attitudni Delia qed iġib ruħu eżatt bħal ta’ qablu. Mhux ta’ b’xejn li llum kien ikkonfermat li bħalu reġa’ beda ċ-ċedoli u bħalu se jżomm sigrieti lil dawk li jagħtu l-eluf lill-Partit Nazzjonalista. Minkejja li wiegħed mod ġdid.

Dan qed juri ma’ kull jum li jgħaddi li Delia huwa totalment maqtugħ mhux biss mill-Partit tiegħu, iżda anke mill-poplu – temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend