ARA: Bella – Il-Kelba abbord l-Aquarius hija Maltese Terrier | One News

Notifiki

ARA: Bella – Il-Kelba abbord l-Aquarius hija Maltese Terrier

Fost dawk salvati fil-Mediterran fl-aħħar ħin hemm kelba li jinsab fi triqtu lejn pajjiżna wara operazzjoni delikata ta’ salvataġġ. Ikkonferma dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet fejn qal li l-Kelba kien salvat mill-bastiment Aquarius mill-Forzi Armati Maltin.

Permezz ta’ sensiela ta’ tweets, is-Segretarju Parlamentari għall-Annimali Clint Camileri qal li l-kelba hija Maltese Terrier u li wara sarulu sensiela ta’ testijiet fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal-Luqa, irriżulta li l-kelba hija b’saħħitha u ma jidhirx li għandha mard.

Intant, il-kelba ħa tibqa’ fi kwarantina sakemm isirulha aktar testijiet. Il-Kelba ngħatat l-isem ta’ Bella.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend