Aġġornat bil-Filmat: Malta ssalva 58 immigrant li mhux se jibqgħu f’Malta – One News

Aġġornat bil-Filmat: Malta ssalva 58 immigrant li mhux se jibqgħu f’Malta

Tmienja u ħamsin immigrant u kelb li kienu abbord il-vapur MV Aquarius, iddaħħlu Malta sabiex issa jitqassmu f’erba pajjiżi differenti mingħajr ma’ ħadd minnhom jibqa’ jirrisjedi f’pajjiżna.

L-operazzjoni seħħet iktar kmieni llum hekk kif il-Forzi Armati ta’ Malta permezz tal-lanċa P52 daħħlu lill-immigranti f’Xatt it-Tiben fil-Furjana.

 

Ħa jitneħħew minn fuq vapur tal-NGO’s u jittieħed fuq vapur militari Malti tal-Forzi Armati ta’ Maltin bl-iskop illi dawn il-persuni jiddaħħlu fil-bażi militari Maltija umbad mal-ewwel jitqassmu f’erba’ pajiiżi differenti. Ħadd minnhom ma’ jibqa’ Malta.

L-immigranti ser ikunu qed jitqassmu bejn Franza, il-Ġermanja Spanja u l-Portugall li ser jieħdu għaxar immigranti.

Il-vapur MV Aquarius ma setax jidħol fl-ibħra Maltin hekk kif jinsab ibaħħar mingħajr bandiera wara li l-Panama rrevokat ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-bastiment.

Fost l-immigranti li ddaħħlu kien hemm 18-il tifel u tifla u mara tqila.

B’reazzjoni għal din l-operazzjoni l-Prim Ministru qal li Malta setgħet segwiet id-direzzjoni ta’ pajjiżi oħra iżda għażlet li tieħu l-aktar triq responsabbli.

 

L-għażla li nagħmlu aħna u din ser nerfa’ ir-responsabbiltá sħiħa jien fuq spallejja fuq din l-għażla. L-għażla li nagħmlu aħna hi li nkunu parti mis-soluzzjoni u mhux parti mill-problema.

Intant fuq Twitter, is-segretarju parlamentari għall-Annimali Clint Camileri qal li l-kelb huwa Maltese Terrier u li wara sarulu sensiela ta’ testijiet fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal-Luqa, irriżulta li l-kelba hija b’saħħitha u ma jidhirx li għandha mard.

Intant, il-kelba ħa tibqa’ fi kwarantina sakemm isirulha aktar testijiet.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend