"Malta bi prattiċi avvanzati fil-qasam fiskali"- Uffiċjal tal-IMF | One News

Notifiki

“Malta bi prattiċi avvanzati fil-qasam fiskali”- Uffiċjal tal-IMF

Meta mqabbla ma’ pajjiżi Ewropej oħra, Malta għandha prttiċi avvanzati ferm fil-qasam fiskali. Qal dan id-Deputat Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Fiskali tal-IMF Torben Hansen, meta lbieraħ kien ippreżentat l-ewwel skrutinju dwar Malta mill-IMF.

 

Fost oħrajn, il-Fond Monterarju Internazzjonali rrikonoxxa li Malta implimentat diversi prattiċi pożittivi fejn tidħol it-trasparenza fiskali. Malta hija fost l-aktar pajjiżi Ewropej bl-akbar trasparenza tal-Finanzi Pubbliċi, b’mod partikolari għall-mod kif il-Gvern jirrapporta l-finanzi tiegħu u anke l-proċess baġitarju.

Dan ir-rapport hu riżultat ta’ missjoni li ntbagħtet f’pajjiżna f’Mejju li għada fuq talba tal-Gvern, wara diversi xnigħat tal-Oppożizzjoni dwar it-trasparenza finanzjarja ta’ pajjiżna.

Irriżulta wkoll li l-Gvern jippreżenta rapporti fiskali li huma ddettaljati fuq kull entità tal-Gvern fil-ħin stipulat u b’mod frekwenti. Filwaqt li f’xi prattiċi Malta tisboq pajjiżi oħra Ewropej għall-mod kif isiru ċertu proċeduri finanzjarji. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal ukoll li l-Gvern ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Fond. Spjega li meta kkumparata ma’ pajjiżi oħra pajjiżna għadda minn dan l-eżami dettaljat ħafna b’mod indipendenti u pajjiżna ħareġ tajjeb ħafna bl-unuri, daqs pajjiżi ewropej oħra u f’ċerti pilastri anke iżjed.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li din l-evalwazzjoni saret fuq talba tal-Gvern Malti biex ixejjen krittika inġusta fost oħrajn tal-Opozizzjoni li kemm-il darba allegat nuqqas ta’ trasparenza fil-finanzi tal-pajjiż; “Dan ir-rapport jikkontradixxi dak li tipprova tpinġi l-opozizzjoni li aħna fejn tidħol trasparenza fl-ispiża tal-Gvern u fit-taxxi hija sub-standard.  Għal kuntrarju l-International Monetary Fund qed jgħid li mhux biss aħna ninsabu ‘up to standard’ imma tikkumpara tajjeb ma’ pajjiżi oħra” temm jgħid il-Minsitru Scicluna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend