'Jista' jkolli mqar ġurnata waħda tajba?' | One News

Notifiki

‘Jista’ jkolli mqar ġurnata waħda tajba?’

Serje ta’ tweets emozzjonanti mill-kantanta Ariana Grande qed iħassbu s-segwaċi tagħha. Hija qalet li kellha xahar diffiċli ferm minħabba l-mewt tal-eks sieħeb tagħha Mac Miller, u talbet biex ikollha ‘imqar ġurnata waħda tajba’.

Il-kantanta kellha tkun preżenti għall-Emmy Awards fis-17 ta’ Settembru li għadda iżda għażlet li ma tattendix minħabba l-mewt ta’ Miller. 

Is-segwaċi tal-kantanta kienu pronti jwieġbu d-diversi tweets tagħha biex jassigurawha li dalwaqt se tħossha aħjar. Hija ħarġet tirringrazzjahom u ddeskriviethom bħala ‘anġli f’ħajjitha’.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend