Il-klieb tad-Dwana jagħmlu l-ewwel qabda ta’ droga – One News

Il-klieb tad-Dwana jagħmlu l-ewwel qabda ta’ droga

 Il-klieb il-ġodda tad-Dwana għamlu l-ewwel qabda tad-droga lbieraħ waqt tfittxija fuq titjira li wasslet Malta minn Madrid. Skont stqarrija maħruġa mid-Dwana Maltija, turist Portugiż instab jaħbi madwar erba’ pakketti ta’ droga suspettata kannabis fil-bagalja tiegħu. Il-pakketti jiżnu madwar 5kg kull wieħed. It-turist qed jinżamm mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga għal iktar investigazzjonijiet.

It-Taqsima tal-klieb tad-Dwana għaddiet minn taħriġ intensiv għal 16-il ġimgħa u bdiet taħdem din il-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend