Il-Kanadiżi jneħħu ċ-ċittadinanza onorarja lil Suu Kyi – One News

Notifiki

Il-Kanadiżi jneħħu ċ-ċittadinanza onorarja lil Suu Kyi

Il-membri parlamentari Kanadiżi ivvotaw b’mod unanimu biex ineħħu ċ-ċittadinanza onorarja tal-mexxej ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi.

Il-mozzjoni kienet ir-risposta għall-falliment tagħha li twaqqaf il-persekuzzjoni tal-minoranza Rohingya f’pajjiżha.

Suu Kyi rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1991 għall-isforzi tagħha sabiex iġġib id-demokrazija f’Myanmar, magħruf ukoll bħala Burma, hekk kif il-pajjiż kien immexxi mill-militar.

Rapport tal-Ġnus Magħquda qal li mexxejja militari ta’ Myanmar għandhom ikunu investigati għal ġenoċidju kontra r-Rohingya.

Minn tal-inqas seba mitt elf Rohingya ħarbu l-vjolenza fil-pajjiż fl-aħħar tnax-il xahar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend