“Il-Gvern se jibqa’ determinat fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus”- Edward Scicluna – One News

Notifiki

“Il-Gvern se jibqa’ determinat fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus”- Edward Scicluna

Il-Gvern se jibqa’ determinat li jiġġieled il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, saħaq il-Ministru Edward Scicluna waqt seminar għall-NGPS dwar għarfien dwar ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu. Dan sar bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Finanzi u l-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji.

Il-Ministru Scicluna kien ċar u rrefera għall-mekkaniżmu ġdid tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus li kien stabbilit f’April ta’ din is-sena. It-twaqqif tal-Kumitat Nazzjonali għall-Ikkoordinar huwa biss wieħed mill-inizjattivi li l-Gvern qed jieħu biex jassigura li l-ekonomija lokali tkun protetta. L-għan ta’ dan il-kumitat huwa wkoll biex li jikkordina mal-istakeholders involuti fis-settur dwar kif dawn jistgħu jgħinu f’din l-inizjattiva.

Dan huwa għodd siewja wkoll fil-preparazzjoni għal evalwazzjonijiet internazzjonali bħal FSAP u MONEYVAL li jsiru dwar il-pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend