200 student f’attivitajiet fiżiċi għall-Jum Ewropew għall-Isport – One News

Notifiki

200 student f’attivitajiet fiżiċi għall-Jum Ewropew għall-Isport

Madwar 200 student qed jipparteċipaw f’attivitajiet marbuta mal-Jum Ewropew għall-Isports li qed isiru fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima attenda għal dawn l-attivitajiet iktar kmieni llum.

Din hija inizjattiva Ewropea biex it-tfal u ż-żgħażagħ isegwu attività fiżika bl-għajnuna tal-iskejjel tagħhom. Dan kollu huwa parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Isport u parti mill-kampanja #BeActive

Illum, tifel u tifla tal- iskola se jkunu esposti għal 120 minuta ta’ attivita fiżika. L-iskop ta l-ESSD huwa li tħajjar lit-tfal li jżommu lura milli jinvolvu ruħhom fl-isport, għal raġuni jew oħra, sabiex jibdew ikunu parteċipi.  Dan permezz ta’ attivitajiet li huma addattati għall-kull livell ta abiltà.

Il-fatt li l-ESSD taħbat fl-ewwel ġimgħa tas-sena skolastika, jista jkun ta’ opportunita sabiex jinħoloq u jinbena spirtu ta’ għaqda bejn l-istaff tal-iskola u l-istudenti.  Barra li tħajjar lit-tfal u staff ta’ l-iskejjel sabiex ikunu aktar attivi, l-iskop ta din il-ġurnata hu li tiżviluppa l-kompetenzi soċjali tal-istudenti billi tħeġġiġhom ikunu inklussivi, irabbu sens ta’ tolleranza u rispett soċjali, kif ukoll sens ta kburija li jagħmlu parti mill-iskola li qed jirrapreżentaw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend