Titressaq il-Qorti wara li xtrat vodka b’biċċiet tal-kannabis ġo fih – One News

Notifiki

Titressaq il-Qorti wara li xtrat vodka b’biċċiet tal-kannabis ġo fih

Karen Camilleri tfajla ta’ 19 –il sena ġiet immultata €465 u somma oħra għall-ispejjeż tal-qorti wara li ġiet akkużata li impurtat droga f’Malta.

Dan ġara f’Diċembru tal-2013 meta Camilleri kienet ġejja minn btala fi Praga. Kien fil-waqfa fl-Ajruport tar-Reppublika Ċeka li Camilleri xtrat flixkun vodka b’biċċiet tal-kannabis ġo fih.

Wara li preżentat irċevuta fiżika, l-akkużata ammettiet li xtrat dan il-vodka flimkien ma’ xi affarijiet oħra. Camilleri sostniet li hi ma kenitx taf li qed tagħmel xi ħaġa llegali għaliex ħasbet li kull ma kien vodka b’tgħoma simili tal-kannabis għaliex fir-Reppublika Ċeka hija wkoll illegali.

Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras innutat li fuq it-tikketta tal-flixkun il-pjanta tal-kannabis kienet tidher u li wkoll Camilleri mal-pulizija ammettiet li rat biċċiet tal-kannabis fil-flixkun.

Waqt is-sentenza l-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni l-kondotta nadifa ta’ Camilleri u qalet ukoll li l-akkużata ħadet żball fl-interpretazzjoni tal-liġi. Kien għalhekk li Camilleri ġiet immultata s-somma minima.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend