Sidien imwissija jneħħu d-dgħajjes mill-bajjiet minħabba riħ qawwi – One News

Notifiki

Sidien imwissija jneħħu d-dgħajjes mill-bajjiet minħabba riħ qawwi

Sidien ta’ dgħajjes qed ikunu mwissija biex ineħħu l-opri tal-baħar tagħhom minn diversi bajjiet f’Malta u Għawdex bejn għada u l-Ħamis minħabba riħ qawwi li se jkun qed jaħkem il-Gżejjer Maltin.

Dgħajjes fil-Bajja tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Xemxija, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Port il-Kbir, Xgħajra, Marsaskala, u il-Bajja tar-Ramla u Marsalforn f’Għawdex għandhom jitneħħew mill-iktar fis possibli minħabba riħ qawwi Forza 7 mill-Grieg il-Lvant.

Il-mewġ mistenni jitla’ sa 7.5 metri għoli f’dawn in-naħat li jista’ jkun ta’ periklu għall-opri tal-baħar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend