Omm arrestata wara li ħbiet il-katavru tat-tarbija f’locker għal 5 snin – One News

Notifiki

Omm arrestata wara li ħbiet il-katavru tat-tarbija f’locker għal 5 snin

Il-Pulizija f’Tokyo arrestat mara ta’ 49 sena minħabba suspett li ħalliet tarbija mejta f’locker għal diversi snin.Emiri Suzaki ammettiet dan mal-Pulizija, fejn spjegat li ħbiet il-katavru tat-tarbija f’locker wara li dan twieled mejjet 5 snin ilu.

Wara investigazzjoni, il-Pulizja sabu l-katavru tat-tarbija f’basket tal-plastik f’stazzjon tal-ferrovija f’Tokyo.

L-omm qalet li nħakment minn paniku hekk kif welldet tarbija mejta, u baqgħet tħallas il-miżata tal-locker dawn is-snin kollha.

Hija se tinżamm arrestata mill-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend