Manuel Delia jirtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir – One News

Notifiki

Manuel Delia jirtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir

Fl-aħħar minuti sar magħruf li Manuel Delia rtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

Dan sar magħruf wara stqarrija li ħarġet mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn irrefera għat-talba għall-ħruġ tal-mandat ta’ inibizzjoni magħmul minn Emanuel Delia fl-ismijiet ‘Emanuel Delia vs L-Onorevoli Owen Bonnici fil-kapaċità tiegħu ta’ Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali et’ (rikors numru 1462/2018), u wkoll għall-kontromandat ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 fl-atti tal-istess rikors minn Emanuel Delia, li fih jintqal li ‘l-istess intimati wettqu u fil-ġranet ta’ wara rrepetew għal diversi drabi l-atti li l-esponenti talab li l-intimati jiġu inibiti milli jwettqu’.

Il-Ministru saħaq li jixtieq jiċċara li l-Qorti ma ħarġet l-ebda ordni: temporanja jew ta’ xorta oħra, fil-konfront tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kif mitlub minn Emanuel Delia fir-rikors għall-ħruġ tal-mandat ta’ inibizzjoni fir-rigward tat-tindif tal-monument nazzjonali tal-Assedju l-Kbir.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali żied ukoll li dejjem jobdi u jikkonforma ruħu bis-sħiħ mal-ordnijiet li jinħarġu mill-qrati skont il-prinċipji tar-rule of law.

Il-Ministru nnota l-kontromandat li ġie ppreżentat minn Emanuel Delia nnifsu, li bih irtira l-proċedura li fetaħ huwa stess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend