L-Awtorità tal-Ippjanar tiċċara dwar titjira ta’ membru tal-bord għall-laqgħa dwar City Centre – One News

Notifiki

L-Awtorità tal-Ippjanar tiċċara dwar titjira ta’ membru tal-bord għall-laqgħa dwar City Centre

Stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar tispjega kif minħabba l-importanza ta’ dan il-każ, riedet tassigura li l-membri kollha jkunu preżenti għall-laqgħa publika. Dan wara li l-Awtorita ħalset private jet sabiex Jacqueline Gili, membru fil-bord tkun tista’ tmur għall-laqgħa hekk kif din infurmathom li hi kienet ħa tkun fuq vaganzja mal-famlija.L-Awtorità qalet ukoll li ħadet din id-deċizjoni wara li fl-2016, applikazzjoni simili kienet milqugħa b’kritika kbira meta membru tal-bord ma kinitx preżenti minħabba raġunijiet mediċi. Spjegaw ukoll li ħadu d-deċiżjoni minflok staqsew lil Gili tikkanċella il-vaganza u kien ikollhom iħalsuha tal-ispejjeż kollha.

Biex ikunu transparenti, l-Awtorita qalet li l-laqgħa publika ġiet tiswa anqas €25,000 bl-ispiża għall-laqgħa tkun ta’ €8750. Qalu wkoll li peress li l-ammont ma kienx jaqbeż dak stipulat li jista jiġi awtorizzat miċ-chairman eżekuttiv, ma kienx hemm bżonn intervent minn naħa tal-Gvern.

Intant, il-Prim Ministru qal li ma jaqbilx ma’ din id-deċiżjoni  kif ukoll li hu, il-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius ma kinux informati bid-deċiżjoni li ittieħdet mill-Awtorita’ tal-Ippjanar

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend