Jitlef il-kontrol tal-mutur u jinqaleb fil-Floriana – One News

Notifiki

Jitlef il-kontrol tal-mutur u jinqaleb fil-Floriana

Raġel ta’ 45 sena, residenti l-Isla, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur Daelim Daystar li kien qed isuq u nqaleb.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post u ssejħet  ambulanza  biex  tieħu  lir-raġel  l-Isptar  Mater  Dei  għall-kura.  Iżjed  tard  hu  ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dan ġara għall-ħabta tas-12.45 fi Triq Sa Maison, il-Floriana.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend