Il-fundaturi ta' Instagram jirriżenjaw | One News

Notifiki

Il-fundaturi ta’ Instagram jirriżenjaw

Il-fundaturi ta’ Instragram, Kevin Systrom u Mike Krieger, ħabbru li se jitilqu mis-sit tal-midja soċjali biex ikomplu jesploraw il-kreattività u l-kurżità tagħhom. Jidher ukoll li kien hemm xi tensjoni bejn il-fundaturi ta’ Instagram u  t-tmexxija ta’ Facebook.  Instagram inxtara minn Facebook lura fl-2012 għall-prezz ta’ $1bn. Rapporti fil-midja qed jallegaw li Instagram sar ferm iktar popolari minn Facebook mal-klijenti internazjonali, bir-riultat li t-tmexxija ta’ Facebook kienet qed tesperjenza tensjoni, u kellha titlob il-flus mill-klijenti tagħha għal karatteristiċi ġodda fl-app.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend