ARA: Il-wiċċ ġdid tal-Bernabeu tar-Real Madrid | One News

Notifiki

ARA: Il-wiċċ ġdid tal-Bernabeu tar-Real Madrid

Fil-filmat jidher il-mudell animat li kien approvat mill-bord tad-diretturi tal-klabb tal-football Spanjol Real Madrid, għar-ristrutturazzjoni tal-istadium Santiago del Bernabeu fil-kapitali Spanjola Madrid.

Ir-‘restyling’ mistenni jiswa 600 miljun euro, b’saqaf fiss u ieħor li jista’ jkun rtirat b’mod mekkaniku. L-istadium mistenni jkun ukoll hi-tech, bi screen ta’ 360 grad fuq ġewwa. Ix-xogħolijiet se jibdew is-sena d-dieħla u mistennija jintemmu fl-2022.

L-istadium se joħloq 800 post tax-xogħol ġdid, filwaqt li se jkollu kapacità massima ta’ kważi 82,000 spettatur bil-qiegħda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend