Jonqos b’mod drastiku t-tniġġis mill-power stations f’Delimara – studju indipendenti – One News

Notifiki

Jonqos b’mod drastiku t-tniġġis mill-power stations f’Delimara – studju indipendenti

Il-qalba għall-gass fl-imp ta’ Delimara issa ġiet iċċertifikata li kienet pass għaqli għaliex it-tnaqqis fit-tniġġis fl-arja kien enormi.

Kumpanija sussidjarja tax-Shangai Electric, D3 Power Generation wettqet studju dwar it-tnaqqis fid-dħaħen u r-riżultati li ħarġu huma impressjonanti.

Filfatt l-istudju juri iswed fuq l-abjad li saħansitra ċertu gassijiet fl-arja ġew eliminati għalkollox filwaqt li oħrajn naqsu jew bin-nofs jew b’mod drastiku ħafna.

Tabella li D3PG ippubblikaw fost l-oħrajn turi li l-kubrit issa huwa xi ħaġa tal-passat filwaqt li l-monossidu tal-karbonju niżel f’livelli verament baxxi.

L-istudju jagħmilha ċara li t-tnaqqis fid-dħaħen huwa qawwi anki meta wieħed jikkunsidra li t-tnaqqis fit-tniġġis huwa mqabbel mal-limiti ffissati mill-Gvern u mhux mal-livelli tat-tniġġis li kien hemm qabel il-qalba għall-gass.

Dan għax il-livelli tat-tniġġis fl-arja kien ferm ogħla mil-livelli ffissati mill-Gvern illum, li huwa marbut ma’ politika ambjentali adottata mill-Kummissjoni Ewropea u trattati ambjentali bħal dak tat-tibdil fil-klima f’Pariġi, li pajjiżna huwa firmatarju għalih.

L-istudju jikkummenta ukoll dwar il-politika tal-Gvern fl-enerġija u jgħid li sa minn erba’ snin ilu, il-Gvern beda bil-proġett biex il-powerstation tal-BWSC teqleb mill-aktar żejt li jniġġes, jiġifieri il-heavy fuel oil għal LNG, gass naturali likwifikat.

Apparti dan, l-istudju jgħid li l-enerġija provduta mhix biss nadifa iżda ferm irħas minn dik tal-heavy fuel oil, li b’hekk waslet għal roħs qawwi fil-kontijiet tad-dawl għall-familji u n-negozji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend