Il-ħin tas-sajf jew tax-xitwa – Int liema tippreferi? – One News

Notifiki

Il-ħin tas-sajf jew tax-xitwa – Int liema tippreferi?

Il-Maltin x’jipreferu l-ħin tas-sajf jew tax-xitwa?

Ir-risposta ser tkun qed taslilna ftit tal-jiem oħra wara li l-Gvern nieda konsultazzjoni pubblika bil-għan li tiddetermina x’jippreferi l-poplu Malti.Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea bdiet tikkonsidra li żżomm ħin wieħed għas-sena kollha wara li studju mill-Kummissjoni stess wera li aktar minn erbgħa miljun u ħames mitt elf ruħ fl-Unjoni Ewropea, jipreferu li ma jibqgħux idawru l-arloġġ darbtejn fis-sena.

B’hekk issa l-istati membri tal-Unjoni Ewropea huma fid-dmir li jsemmgħu leħen il-poplu tagħhom dwar il-ħin preferut.

Fi tnedija tal-konsultazzjoni pubblika, il-Ministru għall-affarijiet Ewropej Helena Dalli spjegat li l-preferenza tal-pajjiż ma tidħolx fis-seħħ jekk ma tiksibx il-maġġoranza qalb l-istati membri oħra tal-Unjoni Ewropeja.

Fl-istudju mill-Kummissjoni Ewopea 54% tal-Maltin li ħadu sehem, għażlu li ma jibqgħux idawru l-arloġġ.

Din il-konsultazzjoni ser tibda llum fuq pjattaforma onlajn tal-Ministeru għall-affarijiet Ewropej, u tagħlaq bi djalogu mal-imsieħba soċjali u l-pubbliku it-Tnejn l-ewwel ta’ Ottubru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend