Bħalissa l-Fondazzjoni Nazareth għaddejja b’maratona televiżiva ta’ ġbir ta’ fondi biex tibni dar residenzjali ġdida għal persuni b’diżabilità.Fondazzjoni Nazareth bħalissa tamministra tlett idjar residenzjali fiż-Żejtun li jilqgħu tmienja u għoxrin persuna b’diżabilità. Djar immexxija permezz ta’ tletin impjegat full-time li joffru servizz u appoġġ lir-residenti erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Il-pjan tal-Fondazzjoni Nazareth hu li fil-ġejjieni qrib jibda l-proġett biex titwaqqa’ binja eżistenti li għandha l-Fondazzjoni, u minflokha tittella’ r-raba’ dar residenzjali tal-Fondazzjoni – li mistennija tilqa’ 10 residenti oħra.
Dan permezz tal-fondi li l-Fondazzjoni tiġbor, fosthom permezz tal-maratona televiżiva li qed tixxandar fuq ONE illum sal-11.30pm.