Il-Gvern b’impenn biex kull student jingħata s-servizz tat-trasport tal-iskejjel – One News

Notifiki

Il-Gvern b’impenn biex kull student jingħata s-servizz tat-trasport tal-iskejjel

Filwaqt li it-tfal tal-iskejjel statali kollha se jkunu qed jibbenefikaw mis-servizz tat-trasport b’xejn għall-iskola, il-gvern għandu impenn sħiħ biex dawk l-istudenti li għadhom ma sabux post fis-servizz ukoll ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizz b’xejn.

Waqt konferenza stampa, is-Segretarju Permanenti, Frank Fabri qal li din is-sena se jinġarru erbatax –il elf student ta’ skejjel statali. Din hija żieda ta’ elf u ħames mitt student mis-sena li għaddiet. Dan filwaqt li r-rotot huma diġa mfassla u it-tfal ġew assenjati r-rotot, il-ġenituri informati minn fejn ser jirkbu uliedhom.

Dan filwaqt li din is-sena se jkun introdott b’mod gradwali is-servizz ta’ superviżjoni fuq it-trasport għall-iskejjel tal-istat fuq vetturi fejn ikun hemm tfal tal-kindergarten.

Minn naħa l-oħra, ġenituri li għandhom it-tfal jattendu skejjel privati u tal-knisja, qed jikkuntatjaw huma stess lill-operat hekk kif il-loġistika tas-sistema l-antika ma nbidlitx. Dan filwaqt li se jkun il-gvern li jħallas għal dan it-trasport. Is-Sur Fabri saħaq li għalkemm il-ministeru mhux inkarigat mill-loġistika għaddej b’xogħol ta’ tqabbil ta’ ġenituri u operaturi sabiex ikunu moqdija kemm jista’ jkun studenti bis-servizz tat-trasport. Filfatt fl-aħħar jiem in-numru ta’ kważi elf u mitt student li għadhom bla post fis-servizz, issa niżel għal ftit iktar minn tminn mitt student. Dan filwaqt li filwaqt li fil-bidu daħlu fis-sistema tmintax-il operatur issa huma rreġistrati 75 operatur.

Il-Ministru tal-edukazzjoni u x-xogħol saħaq li il-gvern huwa impenjat li kull tifel u tifla jgawdu minn dan is-servizz tul is-sena skolastika. Dan filwaqt li appella biex il-ġenituri li għadhom qed ifittxu servizz jew għandhom xi problema, jikkuntatjaw lil ministeru fuq is-sit http://www.schooltransport.edu.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend