ARA: Jitqassmu fondi għall-artisti tal-Young Talent Fund – One News

ARA: Jitqassmu fondi għall-artisti tal-Young Talent Fund

8 artisti żgħażagħ ta’ bejn 10 u 17-il sena se jibbenefikaw mill-Fond għat-Talent Żagħżugħ, programm ġdid li se jagħti appoġġ il-parteċipazzjoni ta’ artisti żgħażagħ barra minn Malta fi pjattaformi internazzjonali bħal festivals, kompetizzjonijiet u spettakli.

Iż-żeffien tal-ballet Benjamin Spiteri, wieħed mill-benefiċċjarji, qal li l-fondi se jgħinu biex flimkien ma’ żeffiena oħra jieħu sehem fis-semifinali tal-YAGP li se ssir f’Pariġi f’Novembru bil-possibilità li jieħu borża ta’ studju.

I’ll be dancing abroad in Paris. It’s a competition called YAGP or Youth American Grand Prix and the money will be going towards that.

Bis-saħħa ta’ dan il-fond, il-pjanist Malti DANIEL ZACK BORG se jieħu sehem fil-Golden Classical Music Award fi New York.

Jiena meta applikajt għidt uija issa diispeci din global uwekk u ġejt it-tieni post u fraħt u kont eċitat u bqajt skantat. U dan il-fond ehe ħa jgħina ħafna għaliex l-expenses huma naqa kbar.

Waqt it-tnedija tal-fond, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li l-fond b’allokazzjoni ta’ 18-il ewro huwa f’konformità mal-miri tal-istrateġiċi tal-kunsill.

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonniċi qal li permezz tal-fond il-Gvern qed jassigura li fi żmien meta t-talent ikun għadu qed jiżviluppa, l-artisti kollha emerġenti jista’ jkollhom l-istess opportunitajiet f’dan iż-żmien kruċjali ta’ ħajjithom.

L-idea hija li s-sena d-dieħla nkomplu nkabbru u jkun hemm iktar żgħażagħ li jipparteċipaw u jieħdu sehem f’din l-esperjenza unika li aħna bħala Kunsill Malti għall-Arti qegħdin nagħmlu biex ngħinu lill-ġenituri u l-persuni kollha li jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal b’talent sabiħ.

Il-programm sar bil-kollaborazzjoni ta’ bosta entitajiet fosthom l–Aġenzija Żgħażagħ, Spazju Kreattiv u Żfin Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend