Ordnati jħallsu €16,500 f’danni wara ġlieda – One News

Ordnati jħallsu €16,500 f’danni wara ġlieda

Il-Qorti ordnat żewġ operaturi tad-dgħajjes li jagħmlu vjaġġi lejn Kemmuna sabiex iħallsu sittax-il elf u ħames mitt ewro f’danni wara li ġġieldu ma operatur ieħor u kkawżawlu diżabilità permanenti.

Il-każ seħħ fit-tlieta ta’ Lulju  tal-elfejn u ħmistax meta l-aħwa Paul u Joseph Buttiġieġ iġġieldu mal-kompetizzjoni tagħhom Frank Buttiġieġ fuq vjaġġ bit-turisti lejn Kemmuna.

Il-Qorti semgħet kif ħu Frank Buttiġieġ kien qed ikellem lil erba’ turisti rigward vjaġġ lejn Kemmuna meta Paul Buttiġieġ imbuttaħ sabiex jiġed it-turisti lejn id-dgħajsa tiegħu.

Frank Buttiġieġ qabeż għal ħuh u hemmek Paul Buttiġieġ taħ daqqa ta’ ponn b’riżultat li l-vittma waqa’ mal-art. Hemmek Joseph Buttiġieġ ħu Paul Buttiġieġ ta’ daqqiet ta’ ponn b’ċavetta lil Frank Buttiġieġ b’riżultat li kkawżalu qatgħa fonda f’wiċċu.

Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri ordnat lill-aħwa jħallsu għad-danni wara li nnutat li l-verżjoni li ta’ Paul Buttiġieġ wara l-każ u fl-affidavit ma kienux jaqblu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend