X’kien l-ewwel impenn ta’ Meghan Markle bħala Dukessa? – One News

Notifiki

X’kien l-ewwel impenn ta’ Meghan Markle bħala Dukessa?

Għall-ewwel impenn tagħha bħala membru tal-familja Rjali, id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle għenet fil-kitba ta’ ktieb tar-riċetti, miktub min-nisa li kienu affettwati min-nirien li ħakmu Grenfell Towers f’Londra fis-sajf li għadda.F’sensiela ta’ tweets mill-paġna uffiċjali tal-Palazz ta’ Kensington f’Londra sar magħruf li minn Jannar li għadda, grupp ta’ nisa li kienu affettwati mit-traġedja ta’ Ġunju li għadda, bdew jingħaqdu fi kċina komunitarja biex isajru flimkien għall-komunità. Magħhom, ma kien qed ikun hemm ħadd għajr Meghan Markle!

B’hekk, ħafna mir-riċetti fil-ktieb Together: Our Community Cookbook, sajjrithom id-Dukessa stess. Hija kitbet ukoll l-introduzzjoni tal-ktieb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend