It-tbagħbis fix-xorb jiżdied drastikament fl-aħħar tliet snin – One News

Notifiki

It-tbagħbis fix-xorb jiżdied drastikament fl-aħħar tliet snin

Tbagħbis fix-xorb, jew tqegħid ta’ droga fix-xorb, żdied b’108% fl-aħħar tliet snin. Sorsi mill-Pulizija Metropolitana fl-Ingilterra qalu dan, wara li tul l-2017 biss daħlu mal-180 rapport ta’ każi ta’ tbagħbis tax-xorb, żieda ta’ 74% meta mqabbel mal-2015.Vittmi ta’ dawn it-tip ta’ każi qalu mal-midja li bosta vittmi ma jirrappurtawx dawn l-abbużi lill-Pulizija, ħafna drabi minħabba l-fatt li xi ruħ tajba tkun intervjeniet u ħadithom lura d-dar.

F’ħafna każi, persuna jkollha x-xarba tagħha mbagħbsa bil-għan li din tisfa’ stuprata jew misruqa. Dawn jistgħu jissejħu wkoll date rape drugs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend