Inġabru biżżejjed flus biex isir il-funeral ta’ Lourdes Agius – One News

Inġabru biżżejjed flus biex isir il-funeral ta’ Lourdes Agius

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa qalet li sa dalgħodu inġabru biżżejjed flus biex isir il-funeral ta’ Lourdes Agius. Il-flus li jifdal minn dawk li nġabru se jkunu qed jintużaw biex jgħinu lis-sitt uliedha li ħalliet warajha.Jiem ilu, il-qraba tal-mara u l-Fondazjoni talbu għajnuna finanzjarja biex jippjanawlha l-funeral tagħha. Il-Fondazzjoni se tkun qed tirrappreżenta lill-familja tal-vitma fil-proċeduri legali wkoll.

Minbarra l-għajnuna legali u assistenza finanzjarja għall-funeral, il-familja tal-vittma se tingħata wkoll għajnuna mill-Fondazzjoni għal kwistjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu s-sitt uliedha.

Fuq Facebook, il-Fondazzjoni wegħdet li se ssir ġustizzja, u talbet l-għajnuna tal-pubbliku għall-ispejjeż tal-funeral.
Għal dan il-għan twaqqaf kont tal-bank apposta fejn wieħed jista’ jiddepożita l-flus.

Lourdes Agius instabet mejta f’darha s-Sibt li għadda, bis-suspettat ewlieni f’dan il-każ huwa s-sieħeb tagħha, Michael Emmanuel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Ivorju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend