Għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema ta’ Identity Malta wara kors fl-Università dwar il-Liġi taċ-Ċivil – One News

Notifiki

Għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema ta’ Identity Malta wara kors fl-Università dwar il-Liġi taċ-Ċivil

“Il-ħidma tal-Aġenzija Identity Malta li tagħraf il-potenzjal tal-ħaddiema tagħha u tinvesti fihom, jinkwadra tajjeb ferm mal-istrateġija tal-Gvern sabiex niżviluppaw mexxejja fiċ-ċivil, aktar milli amministraturi.”

Qalet dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli, waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema t’Identity Malta li temmew b’suċċess kors dwar il-prattika u l-aspetti legali tal-Liġi taċ-Ċivil.Disa’ ħaddiema minn dipartimenti differenti fi ħdan Identity Malta temmew b’suċċess dan il-kors. It-tagħlim li ħadu l-ħaddiema minn dan il-kors se jkun qiegħed jgħin biex japplikaw aspetti differenti tal-liġi fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli faħħret l-inizjattiva tal-Aġenzija Identity Malta, li għal darboħra investiet fl-impjegati tagħha sabiex ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jieħdu deċiżjonijiet ġusti u infurmati, ibbażati fuq l-aħjar interpretazzjoni tal-liġi. 

L-Aġenzija Identity Malta kopriet l-ispejjeż għal dan il-kors, li sar b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta. Sa mit-twaqqif tagħha bħala Aġenzija, Identity Malta, dejjem ħadet b’serjetà l-impenn tagħha favur l-iżvilupp tal-impjegati tagħha.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli ħeġġet lill-impjegati ta’Identity Malta biex jattendu għall-korsijiet simili bħal dan sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jwessgħu l-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom. Julia Farrugia Portelli tenniet li l-edukazzjoni kontinwa tkompli tagħmel il-persuna aktar kompluta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend