Bil-Filmat: Bjorn joħroġ mill-isptar ħmistax wara l-operazzjoni – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Bjorn joħroġ mill-isptar ħmistax wara l-operazzjoni

L-attivista tal-ALS Bjorn Formosa ħareġ mill-isptar illum, 15-il jum wara operazzjoni kruċjali. F’messaġġ fuq il-midja soċjali Bjorn qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jgħix fl-uffiċċju ta’ Dar Bjorn biex ilaħħaq ma’ xi xogħol li għandu u jaħdem fuq il-ħolma tiegħu li tinfetaħ dar oħra għal persuni li jbatu mill-ALS.

L-operazzjoni li għamel Bjorn ftit tal-jiem ilu kienet waħda kruċjali, tant li stqarr li b’mod inkredibbli għadu jista’ jitkellem. Madankollu huwa stqarr li l-vuċi kienet l-inqas ħaġa problematika.

Huwa fisser l-esperjenza li għadda minnha bħala l-aktar waħda diffiċli f’ħajtu. Qal li għamel din l-0perazzjoni biex ittejjeb il-mod ta’ kif jieħu n-nifs u jkun f’qagħda li jtawwal ħajtu u jaqsam aktar mumenti ma’ martu Maria, dawk għeżież għalih u biex ikompli bil-proġett tiegħu ta’ Dar Bjorn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend