Ara l-mument li fih sewwieq inqaleb bil-karozza f’Raħal Ġdid – One News

Notifiki

Ara l-mument li fih sewwieq inqaleb bil-karozza f’Raħal Ġdid

Filmat li ntbagħat lil one.com.mt u li nġibed b’kamera ta’ CCTV juri l-mument li fih sewwieq inqaleb bil-karozza wara ħabta ma’ karozza oħra fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid. Dan l-inċident seħħ fit-8 ts’ Settembru li għadda.

 

Il-vittma li kien qed isuq karozza tat-tip Peugeot 206 sofra minn ġrieħi gravi kawża ta’ dan l-inċident.

L-inċident seħħ fis-09:20, bejn vettura BMW 320D u l-Peugeot, b’din tal-aħħar tinqaleb. Il-BMW kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Marsaskala, u l-Peugeot misjuq mill-vittma li jgħix Birżebbuġa.

Il-vittma ttiehed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn kien ikkonfermat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan fl-istess waqt li s-sewwieq tal-BMW ma sofra l-ebda ġrieħi.

Ara wkoll:

Aġġornat: Raġel bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza f’Raħal Ġdid

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend