Tittajjar mara f'San Ġiljan | One News

Notifiki

Tittajjar mara f’San Ġiljan

Mara mill-Venezwela ta’ 21 sena li tirrisjedi f’San Ġiljan, intlaqtet minn vettura tat-tip Audi A2 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena li joqgħod il-Gżira.

Dan ġara għall-ħabta tas-13.00 fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u ssejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.   Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend