Tariffi ġodda fuq prodotti Ċiniżi – One News

Notifiki

Tariffi ġodda fuq prodotti Ċiniżi

L-Istati Uniti qed timponi tariffi ġodda fuq mitejn biljun dollaru f’prodotti Ċiniżi hekk kif qed teskala l-gwerra tan-negozju ma’ Beijing.

Dawn it-tariffi japplikaw għal kważi 6,000 oġġett, u jimmarkaw l-ikbar għadd ta’ tariffi Amerikani s’issa.Basktijiet tan-nisa, ross u tessuti se jkunu inklużi, iżda uħud mill-oġġetti li mistennija jkunu fil-mira wkoll ta’ dawn it-tariffi, bħal smart watches u high-chairs, kienu esklużi.

Fil-passat, iċ-Ċina wegħdet li se tirritalja kontra iktar tariffi tal-Istati Uniti.

It-taxxi se jidħlu fis-seħħ mill-24 ta’ Settembru, jibdew fil-livell ta’ 10% u jgħolew għal 25% mill-bidu tas-sena d-dieħla, sakemm ma jintlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend