Mhux ħatja li mexxiet briedel f’Birkirkara – One News

Notifiki

Mhux ħatja li mexxiet briedel f’Birkirkara

Sidt żewġt iħwienet tal-massaġġi f’Birkirkara li allegatament kienu qed jintużaw għall-protitizzjoni inħelset mill-arrest minħabba li ma kienx hemm biżżejjed provi ta’ atti kriminali min-naħa tagħha.

Guohong Rekkers wieġbet mhux ħatja għall-akkużi li uża,t jew ordnat li l-ħwienet jintużaw għall-protituzzjoni, u li hi għexet bil-flus miksuba minn atti immorali.Fil-Qorti ntqal li waħda mill-impjegati fil-ħwienet kienet popolari ferm fil-qasam tal-massaġġi, u li kienet taħdem sigħat twal biex taqla’ iżjed flus biex tgħajjex lil familtha fiċ-Ċina.

Impjegata oħra kienet studenta mill-Bulgarija li kienet qed taħdem fil-ħwienet tal-akkużata biex tikseb esperjenza fil-qasam.

L-akkużata insistiet li dejjem kienet twissi lill-impjegati biex ma jiksurx il-liġi, u kienet tħalli f’idejhom biex imexxu l-ħwienet.

Espert mill-Qorti ppreżenta sensiela ta’ messaġġi minn fuq mobile li ma setgħux jintużaw bħala provi għaliex ma kienx ċar min hu s-sid tal-mobile u min użaħ biex jibgħat dawk il-messaġġi.

Il-Qorti qalet li kien ċar li sidt il-ħwienet ħalliet f’idejn l-impjegati biex imexxuhom, u kienet tmur biss biex tieħu sehemha jew biex tara kienx hemm bżonn tibdil f l-appart.

Il-prosekuzzjoni ma setgħetx tipprova li sidt il-ħanut kienet taf x’servizzi qed ikunu offruti fil-ħwienet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend