Malta b’surplus ta’ €382.8 miljun fil-kont kurrenti – One News

Notifiki

Malta b’surplus ta’ €382.8 miljun fil-kont kurrenti

Tkompli x-xejra pożittiva fil-kont kurrenti, b’ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistiku juru li bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha bilanċ ta’ kważi €385 miljun fil-kont kurrenti.Il-kont kurrenti jirrappreżenta t-tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali tad-dħul u l-infiq minn tliet sorsi ewlenin. L-Uffiċċju tal-Istatistika qal li s-surplus kien ġej l-iżjed mill-qasam tas-servizzi, li waħdu kellu bilanċ ta’ kważi biljun ewro. Dawn jinkludu fost oħrajn id-dħul mit-turiżmu u t-trasport.
Iċ-ċifri proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru wkoll li r-riservi tal-pajjiż żdiedu b’aktar minn €99 miljun ewro meta mqabbel mat-maż-żieda ta’ €106 miljun fl-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend