Joħolqu kuxjenza fuq is-sigurtà għal min jogħdos – One News

Joħolqu kuxjenza fuq is-sigurtà għal min jogħdos

Ix-xahar ta’ Settembru kien wieħed li ġab miegħu dieqa kiefra fuq żewġ familji wara li żewġ ġuvintur fi fjur ta’ żgħożithom instabu mejta wara li kienu qegħdin jogħdsu f’Baħar iċ-Ċagħaq u x-Xemxija.

Il-mewt ta’ Neil Zammit ta’ 24 sena minn Raħal Ġdid u Simon Psaila ta’ 20 sena mir-Rabat ma ġabitx biess dieqa fost l-għadassa iżda nislet ukoll tħassib fost il-qraba tagħhom.Biex tħeġġeġ lil għaddasa jieħdu kull prekawzjoni qabel jinżlu jgħodsu in-nifs, il-Malta Freediving Club tella’ sessjoni ta’ taħriġ u sigurtà bil-għan li jiġu evitati iktar traġedji bħal dawn.

Viżibbilment emozzjonat, Luke Cassar, membru tal-Malta Freediving Club qal li hemm mezzi kif dan l-inċidenti jistgħu jiġu evitati

 

Huwa semma bosta prekawzjonijiet li għandhom jieħdu l-għadassa.

 

Lukde semma wkoll il-‘buddy system.’ Sistema li permezz tagħha min imur jogħdos qatt ma jkun waħdu.

 

Fl-aħħar tas-sessjoni saret il-parteċipanti żammu n-nifs għal tleti n sekonda b’rispett għaż-żewġ vittmi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend