Jingħataw l-aħħar saffi fi Triq il-Marsa – Tinfetaħ mill-ġdid għada – One News

Notifiki

Jingħataw l-aħħar saffi fi Triq il-Marsa – Tinfetaħ mill-ġdid għada

Qed jingħataw l-aħħar saffi ta’ asfalt fi Triq il-Marsa ħdejn iċ-ċimiterju tat-Torok sabiex minn għada terġa’ tinfetaħ  il-konnessjoni bejn Triq Aldo Moro u Ħal Qormi.

Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg permezz tal-midja soċjali.

Matul il-lejl li ġej, Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-kisi ta’ aktar korsiji ta’ Triq Diċembru 13 b’asfalt ġdid.

Huwa fid-deher li l-bini tat-toroq mill-ġdid fir-rotta bejn il-Marsa u l-mini ta’ Santa Venera għaddej bla heda, lejl u nhar biex dawn ikunu ta’ servizz xieraq għall-poplu kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend