Ir-Russja twaħħal fl-Iżrael għall-għajbien tal-ajruplan Russu – One News

Ir-Russja twaħħal fl-Iżrael għall-għajbien tal-ajruplan Russu

Il-Ministru tad-Difiża Russu stqarr li l-ajruplan militari li kellu 15 –il persuna abbord, ġie imwaqqa’ permezz ta’ missila Sirjana. Il-Ministru żied jgħid li minħabba azzjonijiet irrisponsabli mill-armata Iżraeljana, 15 –il persuna sfaw maqtula.Dan ma jonorax il-patt il għandhom ir-Russi u l-Iżraeljani ma xulxin u ser ikun għalhekk li l-Gvern Russu se jieħu azzjoni kontra dan l-att.

L-ajruplan militari kien qed jirritorna lejn il-bażi militari Russa viċin Latakia fis-Sirja, u kien it-Tnejn filgħaxija li l-kuntatt ta’ dan l-ajruplan intilef.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija għal dan l-ajruplan militari.

Ara wkoll:

Jisparixxi ajruplan fuq is-Sirja

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend